{"id":16352,"date":"2022-11-17T12:20:00","date_gmt":"2022-11-17T11:20:00","guid":{"rendered":"https:\/\/sds.mt\/?post_type=resource&#038;p=16352"},"modified":"2022-10-28T14:32:04","modified_gmt":"2022-10-28T13:32:04","slug":"l-iskola-ta-betlem","status":"publish","type":"resource","link":"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/l-iskola-ta-betlem\/","title":{"rendered":"L-Iskola ta&#8217; Betlem"},"content":{"rendered":"\n<ul class=\"wp-block-list\"><li>Dal-\u0127in ma\u0127sub biex isir bil-pawsa \u0127alli jing\u0127ata \u0127in g\u0127ar-riflessjonijiet u t-talb.<\/li><li>G\u0127alhekk tajjeb jekk bejn riflessjoni u o\u0127ra ssir waqfa qasira.<\/li><li>Jekk tindaqq mu\u017cika strumentali tal-Milied fil-baxx tg\u0127in fl-e\u017cer\u010bizzju.<\/li><\/ul>\n\n\n\n<p><\/p>\n\n\n\n<p>2.      Titlu: L-Iskola ta\u2019 Betlem<\/p>\n\n\n\n<p>3.&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Nin\u0121abru fis-skiet u nippreparaw ru\u0127na biex immoru fi vja\u0121\u0121 flimkien.<\/p>\n\n\n\n<p>4.&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Madwar id-dinja nsibu \u0127afna bliet kbar li g\u0127andhom xi bini famu\u017c u mag\u0127ruf li baqg\u0127u msemmijin g\u0127alih. Londra, per e\u017cempju, hemm il-Big Ben. Sydney hemm l-Opera House. Ateni hemm l-Akropolis u Ruma hemm il-Kolossew. M\u2019iniex ser no\u0127odkom f\u2019xi belt kbira i\u017cda f\u2019ra\u0127al \u010bkejken, g\u0127alkemm huwa ra\u0127al mag\u0127ruf \u0127afna. Ser no\u0127odkom Betlem. U l-bini spe\u010bjali li g\u0127alih baqa\u2019 msemmi Betlem huwa l-iskola ta\u2019 Betlem. Tg\u0127iduli: \u201cDin xi skola hi? Primarja? Sekondarja? Tas-subien jew tal-bniet?\u201d<\/p>\n\n\n\n<p>5.&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Ir-risposta ma hi l-ebda wa\u0127da minn dawn. L-iskola ta\u2019 Betlem hija skola g\u0127al kul\u0127add: g\u0127all-kbar u g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127ar, g\u0127all-bniet u g\u0127as-subien. Il-bini ta\u2019 din l-iskola huwa g\u0127ar fqajjar u mwarrab tal-annimali. U l-g\u0127alliem wa\u0127dieni li jg\u0127allem f\u2019din l-iskola huwa Sidna \u0120es\u00f9 Kristu stess, imwieled tarbija.<\/p>\n\n\n\n<p>6.&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Biex nid\u0127lu f\u2019din l-iskola je\u0127tie\u0121 li jkollna \u017cew\u0121 affarijiet mag\u0127na: uniformi u pitazz \u0121did. Uniformi di\u0121a g\u0127andna: hija l-marka tad-dnub, g\u0127ax a\u0127na lkoll midinbin u Kristu twieled biex isejja\u0127 lejh il-midinbin. B\u0127ala pitazz \u0121did nistedinkom i\u0121\u0121ibu qalbkom b\u0127al u, b\u0127al ktieb, tpo\u0121\u0121uha miftu\u0127a quddiem dan l-Img\u0127allem wie\u0127ed tal-bnedmin. In\u0127allu lilu, illejla, jikteb fil-qlub tag\u0127na t-tag\u0127limiet li jg\u0127allimna mill-maxtura; tag\u0127limiet li jg\u0127inuna ng\u0127ixu \u0127ajjitna a\u0127jar f\u2019im\u0127abbitna lejn Alla u lejn il-proxxmu.<\/p>\n\n\n\n<p>7.&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; L-aktar g\u0127e\u017cie\u017c, ejjew noqog\u0127du quddiem l-Img\u0127allem Divin tag\u0127na mwieled tarbija, u nitg\u0127allmu minnu \u0127ames tag\u0127limiet tal-\u0126ajja Eterna.<\/p>\n\n\n\n<p>8.&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; L-ewwel tag\u0127lima: Nitg\u0127allmu li Kristu kien Alla.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Kristu twieled biex isalvana bit-tag\u0127lim, bil-mewt u bil-qawmien tieg\u0127u. Xejn u \u0127add \u0127lief Alla nnifsu ma seta\u2019 jifdi lill-bnedmin mill-{ustizzja nfinita ta\u2019 Alla l-Missier. G\u0127ax kif jista\u2019 bniedem b\u0127all-o\u0127rajn jasal i\u0127allas id-dejn hekk kbir li a\u0127na l-bnedmin kellna ma\u2019 Alla min\u0127abba d-dnub? Kristu biss seta\u2019, g\u0127ax kien Alla wkoll. Fi twelidu l-an\u0121li kantaw: \u201cGlorja \u2019l Alla fil-g\u0127oli tas-smewwiet u pa\u010bi fl-art lill-bnedmin ta\u2019 rieda tajba.\u201d Kristu, Alla u bniedem, jitwieled biex i\u0121ibilna l-Pa\u010bi li Hu biss jista\u2019 jag\u0127ti, g\u0127ax Hu Alla.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Sentenza ta\u2019 \u0120es\u00f9 fuq id-Divinita\u00cf tieg\u0127u:<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Jien u l-Missier a\u0127na \u0127a\u0121a wa\u0127da.<\/p>\n\n\n\n<p>9.&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; It-tieni tag\u0127lima: Il-Providenza t\u2019Alla.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Ma tarax kemm Alla tag\u0127na jie\u0127u \u0127siebna u jipprovdilna, meta bag\u0127tilna lil Ibnu stess imwieled tarbija? \u0120es\u00f9 Kristu huwa l-uniku u l-aqwa mezz li Alla ta lilna l-bnedmin g\u0127as-salvazzjoni ta\u2019 ru\u0127na. U x\u2019hemm aktar g\u0127a\u017ci\u017c milli wie\u0127ed isalva ru\u0127u? L-an\u0121li \u0127abbru lir-rg\u0127ajja: \u201cG\u0127ax twieled illum lilkom Salvatur, li Hu Kristu l-Mulej, fil-belt ta\u2019 David.\u201d Alla tag\u0127na huwa tassew Alla tal-providenza.<\/p>\n\n\n\n<p><em>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; <\/em>Sentenza ta\u2019 \u0120es\u00f9 fuq il-providenza t\u2019Alla:<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Jekk Alla jie\u0127u \u0127sieb it-tajr u l-\u0121ilji, kemm i\u017cjed jie\u0127u \u0127sieb tag\u0127kom, ja nies ta\u2019 fidi \u017cg\u0127ira?<\/p>\n\n\n\n<p>10.&nbsp;&nbsp;&nbsp; It-tielet tag\u0127lima: il-Faqar.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Is-Sinjur tag\u0127na \u0120es\u00f9 Kristu, is-Sultan tal-\u0127olqien, jid\u0127ol fid-dinja biex ikun is-salvatur tag\u0127na ta\u0127t is-sura ta\u2019 bniedem. Ara, Alla li hu kollox jiftaqar u jsir bniedem, kreatura hekk \u017cg\u0127ira. U jsir bniedem fqir. Il-palazz tieg\u0127u huwa g\u0127ar tal-annimali u s-sodda indurata tieg\u0127u hija l-maxtura tag\u0127hom. \u010ba\u0127ad il-kumditajiet u r-rikkezzi li tant jg\u0127o\u017c\u017cu l-bnedmin u g\u0127annaq mieg\u0127u l-faqar. L-an\u0121li \u0127abbru: \u201cMorru u ssibu lit-tarbija mfisqija u mimduda f\u2019maxtura.\u201d<\/p>\n\n\n\n<p><em>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; <\/em>Sentenza ta\u2019 \u0120es\u00f9 fuq il-faqar:<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Ag\u0127mlu g\u0127alikom te\u017cori fis-sema fejn la susa u lanqas sadid ma j\u0127assru u lanqas \u0127allelin ma jid\u0127lu u jisirqu. G\u0127ax fejn hemm it-te\u017cor tieg\u0127ek hemm ukoll hija qalbek.<\/p>\n\n\n\n<p>11.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Ir-Raba\u2019 tag\u0127lima: il-Manswetudni.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; \u0120es\u00f9 Kristu twieled u sar bniedem mhux biex ji\u0121\u0121udikana tal-\u0127a\u017cen li g\u0127amilna i\u017cda twieled biex isalvana mit-telfien li \u0121ibna fuqna bi dnubietna. L-an\u0121li stess kienu xhieda ta\u2019 dan meta \u0127abbru li tweldilna Salvatur. Alla jsir bniedem biex isalvana meta a\u0127na konna g\u0127edewwa tieg\u0127u bid-dnubiet li g\u0127amilna. Din hi l-manswetudni, li Alla tag\u0127na tant i\u0127obbna li ja\u0127frilna. Wara tant offi\u017ci li g\u0127amilnielu, Alla stess isir bniedem g\u0127as-salvazzjoni tag\u0127na.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Sentenza ta\u2019 \u0120es\u00f9 fuq il-manswetudni:<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Imitaw lili g\u0127ax jien ta\u2019 qalb mansweta u umli.<\/p>\n\n\n\n<p>12.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Il-\u0127ames tag\u0127lima: il-Pa\u010benzja.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; \u0120es\u00f9 Kristu malli deher fid-dinja ried juri lilna l-bnedmin il-\u0127tie\u0121a tal-pa\u010benzja. Il-bard tal-ista\u0121un, il-maxtura, l-g\u0127ar fil-bera\u0127 u n-nuqqas tal-kumditajiet kollha huma xhieda ta\u2019 kemm din it-tarbija Divina riedet tg\u0127allimna li \u0127add ma hu me\u0127lus milli jie\u0127u pa\u010benzja f\u2019din id-dinja. Ma setax Alla jsalva l-bnedmin b\u2019mezz aktar komdu jew b\u2019inqas diffikultajiet? |gur li seta\u2019, i\u017cda Kristu g\u0127a\u017cel din it-triq biex jurina u jg\u0127allimna li bil-pa\u010benzja tag\u0127na nsalvaw ru\u0127na.<\/p>\n\n\n\n<p><em>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; <\/em>Sentenza ta\u2019 \u0120es\u00f9 fuq il-pa\u010benzja:<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Min irid ji\u0121i warajja, ji\u010b\u0127ad lilu nnifsu, jerfa\u2019 salibu kuljum u jimxi warajja.<\/p>\n\n\n\n<p>13.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Nirriflettu fuq dan li smajna.<\/p>\n\n\n\n<p>14.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Alla jsir bniedem. Il-Providenza t\u2019Alla. Il-Faqar. Il-Manswetudni. Il-Pa\u010benzja. Dawn huma l-\u0127ames tag\u0127limiet li g\u0127al-lum l-Img\u0127allem tag\u0127na \u0120es\u00f9 Kristu g\u0127allimna bi twelidu. F\u2019din l-iskola tar-ru\u0127 hemm \u0127afna aktar tag\u0127lim x\u2019jista\u2019 wie\u0127ed jitg\u0127allem: l-Ubbidjenza, il-Kruha tal-Infern, il-\u0126niena t\u2019Alla, l-Umilta u aktar.<\/p>\n\n\n\n<p>15.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Issa inti llejla n\u0121abar f\u2019post g\u0127all-kwiet u kompli a\u0127seb fuq dak li smajt. Ara ftit kif it-twelid tal-Iben t\u2019Alla se jwasslek g\u0127as-salvazzjoni ta\u2019 ru\u0127ek. U dak li tg\u0127allimt ipprattikah fil-\u0127ajja tieg\u0127ek biex tkun tassew skular tajjeb ta\u2019 dan l-Img\u0127allem divin u tal-iskola tieg\u0127u.<\/p>\n\n\n\n<p>16.&nbsp;&nbsp;&nbsp; <em>(Hawn isir \u0127in ta\u2019 talb personali fis-silenzju)<\/em><\/p>\n\n\n\n<p>17.&nbsp;&nbsp;&nbsp; <em>(It-talba tan-Novena. G\u0127al disg\u0127a darbiet jing\u0127ad hekk:<\/em><\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Qarrej: \u2018L-Iben t\u2019Alla sar Bniedem\u2019<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Kul\u0127add: \u2018Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.\u2019<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; <em>u wara<\/em> Sliema u Qaddisa.) 18.&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; <em>(Slide sewda)<\/em><\/p>\n","protected":false},"featured_media":16353,"template":"","topic":[27],"resource-category":[128],"resource-type":[17],"language":[25],"activity-type":[],"related":[],"activity-set":[],"class_list":["post-16352","resource","type-resource","status-publish","has-post-thumbnail","hentry","topic-advent-christmas","resource-category-lesson-plan","resource-type-presentation","language-malti"],"toolset-meta":{"field-group-for-resources":[],"custom-fields":{"subtitle":{"type":"textfield","raw":"Laqg\u0127a ta\u2019 riflessjoni u ta\u2019 talb g\u0127al \u017cmien il-Milied"}},"resource-material":{"hide-material":{"type":"checkbox","raw":"0"}},"resource-details":{"resource-shortdescription":{"type":"wysiwyg","raw":"During this time of reflection and prayer based on the writings of St George Preca called the School of Betlehem (L-Iskola ta' Betlem) is ideal to be done during Christmas time"},"age-groups":{"type":"checkboxes","raw":{"wpcf-fields-checkboxes-option-996cf779532c2bd1cc348a2c439963da-1":["Middle Years"],"wpcf-fields-checkboxes-option-32f628303212f57d5bbc89ef8bc09789-1":["Secondary Years"],"wpcf-fields-checkboxes-option-748dd67c0c84b38feb9cb0140ac6415e-1":["Post-Secondary Years"],"wpcf-fields-checkboxes-option-2ff953e92749bce635ab825e65389253-1":["Educators"]},"checked":["Middle Years","Secondary Years","Post-Secondary Years","Educators"],"formatted":"Middle Years, Secondary Years, Post-Secondary Years, Educators"},"link-to-other-resource":{"type":"url","raw":""},"link-description":{"type":"radio","raw":"3"},"date":{"type":"date","raw":"","formatted":null},"equipment":{"type":"textfield","raw":"powerpoint presentation"},"scripture":{"type":"textfield","raw":""},"scripture-api-code":{"type":"textfield","raw":""},"link-liturgy":{"type":"textfield","raw":"Christmas"}}},"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/16352","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource"}],"about":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/resource"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/16352\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":16356,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/16352\/revisions\/16356"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/16353"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=16352"}],"wp:term":[{"taxonomy":"topic","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/topic?post=16352"},{"taxonomy":"resource-category","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource-category?post=16352"},{"taxonomy":"resource-type","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource-type?post=16352"},{"taxonomy":"language","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/language?post=16352"},{"taxonomy":"activity-type","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/activity-type?post=16352"},{"taxonomy":"related","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/related?post=16352"},{"taxonomy":"activity-set","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/activity-set?post=16352"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}