{"id":4494,"date":"2021-06-02T19:39:07","date_gmt":"2021-06-02T18:39:07","guid":{"rendered":"https:\/\/sds.knisja.mt\/?p=4494"},"modified":"2021-06-22T10:19:28","modified_gmt":"2021-06-22T09:19:28","slug":"thobb-tigbed-ritratti-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/sds.mt\/mt\/thobb-tigbed-ritratti-2\/","title":{"rendered":"T\u0127obb Ti\u0121bed Ritratti?"},"content":{"rendered":"\n<p><em>Isma&#8217; l-istorja: <\/em><\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-audio\"><audio controls src=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/Thobb-TIgbed-Ritratti_-Frar-2016.mp3\"><\/audio><\/figure>\n\n\n\n<p><em>Aqra l-istorja<\/em><\/p>\n\n\n\n<p>Re\u0121a\u2019 wasal ir-Randan. Di\u0121\u00e0 qed nisma\u2019 lil ommi u n-nanniet itanbruli biex nag\u0127mel xi tip ta\u2019 sagrifi\u010b\u010bju matul dawn l-erbg\u0127in jum. Uff xi dwejjaq! Dejjem l-istess! Ma tistax tiekol la\u0127am, \u0127elu u dik i\u010b-\u010bikkulata li tant in\u0127obb!<\/p>\n\n\n\n<p>Imma din is-sena be\u0127siebni nag\u0127mel xi \u0127a\u0121a differenti. Be\u0127siebni nieqaf ftit mill-\u0121irja tal-\u0127ajja ta\u2019 kuljum u ndur dawra mieg\u0127i nnifsi, u ni\u010b\u010bekkja dak li qed nag\u0127mel u kif u b\u2019liema mod qed nag\u0127mlu. B\u2019hekk nista\u2019 n\u0127ares \u2019il quddiem u lil \u0127ajti nag\u0127tiha direzzjoni biex tqarribni aktar lejn Alla.<\/p>\n\n\n\n<p>Biex nag\u0127mel dan se nimpenja ru\u0127i li nag\u0127mel xi \u0127a\u0121a kuljum permezz tal-aktar \u0127a\u0121a li n\u0127obb nag\u0127mel fil-\u0127in liberu tieg\u0127i: ni\u0121bed ir-ritratti. Iva, f\u2019dawn l-erbg\u0127in jum se nirrifletti dwar xi tema partikolari u ni\u0121bed ritratt tag\u0127ha biex imbag\u0127ad nag\u0127mel album \u017cg\u0127ir b\u2019xi \u0127sibijiet dwarha. Probabbli ntellag\u0127hom fuq l-internet ukoll biex ning\u0127aqad ma\u2019 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 b\u0127ali li qed jag\u0127mlu din l-isfida ta\u2019 40 ritratt g\u0127al \u017cmien ir-Randan (#Randan2016) u flimkien noqog\u0127du narawhom u nikkummentaw fuqhom.<\/p>\n\n\n\n<p>Din hija l-lista li dwarha se ni\u0121bed ir-ritratti g\u0127al kull jum. Ing\u0127aqad mieg\u0127i inti wkoll!<\/p>\n\n\n\n<ol class=\"wp-block-list\" type=\"1\"><li>Ras ir-Randan &#8211; Ritratt tal-irmied li jag\u0127milli s-sa\u010berdot fuq rasi. Nikteb: \u201cFtakar li trab kont u trab trid ter\u0121a\u2019 ssir.\u201d<\/li><li>Ritratt ta\u2019 xi \u0127a\u0121a vjola, il-kulur li jintu\u017ca fir-Randan fil-knisja.<\/li><li>Ritratt ta\u2019 xi sagrifi\u010b\u010bju li se nag\u0127mel.<\/li><li>Ritratt tal-Bibbja li n\u0127obb naqra minnha.<\/li><li>Il-poster tal-e\u017cer\u010bizzji spiritwali li se nattendi.<\/li><li>Ritratt ta\u2019 konfessjonarju. Nikteb kif in\u0127ossni wara li nqerr.<\/li><li>Ritratt ta\u2019 tabernaklu. Nikteb x\u2019in\u0127oss quddiem il-pre\u017cenza tieg\u0127u.<\/li><li>Ritratt tal-knisja fejn se nisma\u2019 quddiesa, avolja mhux il-\u0126add.<\/li><li>Ritratt ta\u2019 sigaretti jew alko\u0127ol li ma \u0127adtx.<\/li><li>Il-laptop \/ tablet \/ televixin. Se nnaqqas il-\u0127in fuqhom u ng\u0127addih nitkellem mal-familja.<\/li><li>Ritratt tal-post fejn kont sejjer jew il-flus li kont se nonfoq, u minflok nag\u0127tihom karit\u00e0.<\/li><li>\u0120es\u00f9 spiss kien imur fuq il-muntanji biex jitlob. Insib post fl-g\u0127oli u ni\u0121bed ritratt waqt li ng\u0127id talba jew naqra xi silta mill-Van\u0121elu.<\/li><li>Ritratt ta\u2019 CD b\u2019songs li n\u0127obb nisma\u2019 matul dan i\u017c-\u017cmien.<\/li><li>Ritratt qed ng\u0127annaq lil xi \u0127add b\u0127ala sinjal ta\u2019 ma\u0127fra.<\/li><li>Ritratt tal-la\u0127am, g\u0127a\u0121in, pakketti li qg\u0127adt lura minnhom, u se ng\u0127addihom lil xi \u0127add fil-b\u017conn.<\/li><li>Ritratt ta\u2019 arlo\u0121\u0121. Ng\u0127addi \u0127in in\u017cur lil anzjan jew marid l-isptar jew f\u2019home.<\/li><li>Il-\u0127wejje\u0121 li ma xtrajtx u flushom tajthom lil xi \u0127add fil-b\u017conn.<\/li><li>Bieb ta\u2019 \u0127abs. Ritratt tat-talba li ng\u0127id g\u0127all-b\u017connijiet tal-<em>inmates <\/em>jew tal-<em>pageant <\/em>li jsir minnhom f\u2019dawn il-jiem.<\/li><li>Ritratt tal-Via Sagra li se nag\u0127mel.<\/li><li>Ritratt ng\u0127idu r-ru\u017carju mal-\u0127bieb jew il-grupp jew il-familja.<\/li><li>Ritratt juri li qed nilqa\u2019 lil xi \u0127add \u0121did jew barrani f\u2019\u0127ajti.<\/li><li>Ritratt tal-kaf\u00e8 jew drink li se nie\u0127u ma\u2019 persuna li normalment ma ssibx ma\u2019 min toqg\u0127od.<\/li><li>Qalb li qlajt jew tajt f\u2019San Valentinu. Nikteb messa\u0121\u0121 ta\u2019 m\u0127abba g\u0127al min din ma jafx xi tfisser.<\/li><li>Ritratt ta\u2019 post kwiet. Nikteb xi jfisser g\u0127alija l-kwiet.<\/li><li>Bor\u017ca b\u2019affarijiet ba\u017ci\u010bi u b\u017connju\u017ci ta\u2019 kuljum li se nag\u0127ti lil xi \u0127add.<\/li><li>Dar\/Istitut, fejn nixtieq noffri \u0127ini u l-g\u0127ajnuna tieg\u0127i fir-Randan.<\/li><li>Ritratt tas-si\u0121ra li n\u0127obb jien biex tfakkarni fil-bidla li si\u0121ra \u0121abet fil-\u0127ajja ta\u2019 \u017bakkew u fis-si\u0121ra li l-injam tag\u0127ha ntu\u017ca biex sallbu lil \u0120es\u00f9.<\/li><li>\u0120es\u00f9 fejjaq \u0127afna morda f\u2019\u0121isimhom jew ru\u0127hom. Nie\u0127u ritratt ta\u2019 xi fejqan u nikteb xi jfisser dan g\u0127alija.<\/li><li>Ritratt ta\u2019 xemg\u0127a b\u2019simbolu li juri li \u0120es\u00f9 huwa l-uniku dawl li jmexxini.<\/li><li>Ritratt ta\u2019 \u0127ob\u017c u l-inbid. Nitlob g\u0127al min g\u0127adu ma japprezzax l-Ewkaristija.<\/li><li>Ritratt ta\u2019 arlo\u0121\u0121 juri l-\u0127in tat-tlieta. Niftakar f\u2019\u0120es\u00f9 li miet dan il-\u0127in.<\/li><li>Imsiemer jew xewk, li jfakkruni fit-tbatija ta\u2019 \u0120es\u00f9. Nipprova ma nkunx xewka g\u0127al ta\u2019 madwari.<\/li><li>Idejn jitolbu. Insib \u0127in biex nitlob kuljum.<\/li><li>Ritratt ta\u2019 \u0127aruf, simbolu ta\u2019 \u0120es\u00f9, il-\u0126aruf tal-G\u0127id.<\/li><li>Weraq tal-palm jew \u017cebbu\u0121, b\u2019tifkira ta\u2019 \u0126add il-Palm.<\/li><li>Ritratt ta\u017c-\u017cjut li jitbierku fil-katidral f\u2019\u0126amis ix-Xirka.<\/li><li>Il-\u0121arra tal-ilma li tintu\u017ca fil-\u0127asil tar-ri\u0121lejn f\u2019\u0126amis ix-Xirka. Nikteb xi jfisser l-ilma g\u0127alija.<\/li><li>Ritratt ta\u2019 ri\u0121lejn. Kif nista\u2019 b\u0127al \u0120es\u00f9 \u2018na\u0127sel\u2019 ri\u0121lejn \u0127addie\u0127or?<\/li><li>Ritratt ta\u2019 salib g\u0127a\u017ci\u017c g\u0127alija.<\/li><li>Sibt il-G\u0127id &#8211; Ritratt tan-nar fil-bieb tal-knisja li minnu jinxteg\u0127el il-blandun. Insegwi sew u nirrifletti dwar dak kollu li jsir f\u2019dan il-lejl qaddis.<\/li><li>\u0126add il-G\u0127id &#8211; Ritratt ta\u2019 statwa jew stampa ta\u2019 Kristu Rxoxt. Nirringrazzja lil \u0120es\u00f9 li bil-mewt u l-qawmien tieg\u0127u salvani u tani \u0127ajja li ma tintemm qatt.<\/li><\/ol>\n\n\n\n<p><em>Mill-\u0127ar\u0121a ta&#8217; Frar 2016 tar-Rivista FLIMKIEN<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p><em>Isma&#8217; l-istorja: <\/em><\/p>\n<p><em>Aqra l-istorja<\/em><\/p>\n<p>Re\u0121a\u2019 wasal ir-Randan. Di\u0121\u00e0 qed nisma\u2019 lil ommi u n-nanniet itanbruli biex nag\u0127mel xi tip ta\u2019 sagrifi\u010b\u010bju matul dawn l-erbg\u0127in jum. Uff xi dwejjaq! Dejjem l-istess! Ma tistax tiekol la\u0127am, \u0127elu u dik i\u010b-\u010bikkulata li tant in\u0127obb!<\/p>\n<p>Imma din is-sena be\u0127siebni nag\u0127mel xi \u0127a\u0121a differenti. Be\u0127siebni nieqaf ftit mill-\u0121irja tal-\u0127ajja ta\u2019 kuljum u ndur dawra mieg\u0127i nnifsi, u ni\u010b\u010bekkja dak li qed nag\u0127mel u kif u b\u2019liema mod qed nag\u0127mlu&#8230;<\/p>\n<p> <a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/thobb-tigbed-ritratti-2\/\">Kompli aqra&#160;&raquo;<\/a><\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"page-templates\/full-width.php","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[192],"tags":[181],"class_list":["post-4494","post","type-post","status-publish","format-standard","hentry","category-stejjer","tag-barrani"],"toolset-meta":{"custom-fields":{"subtitle":{"type":"textfield","raw":"Storja g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 minn Silvana Cardona"}}},"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4494","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4494"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4494\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4980,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4494\/revisions\/4980"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4494"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4494"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4494"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}