{"id":1009,"date":"2017-10-11T10:38:00","date_gmt":"2017-10-11T09:38:00","guid":{"rendered":"https:\/\/sds.knisja.mt\/tibzghux-tkunu-dak-li-intom-l-arcisqof-lill-iskejjel-tal-knisja\/"},"modified":"2021-06-23T12:58:22","modified_gmt":"2021-06-23T11:58:22","slug":"tibzghux-tkunu-dak-li-intom-l-arcisqof-lill-iskejjel-tal-knisja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/sds.mt\/mt\/tibzghux-tkunu-dak-li-intom-l-arcisqof-lill-iskejjel-tal-knisja\/","title":{"rendered":"&#8220;Tib\u017cg\u0127ux tkunu dak li intom&#8221;"},"content":{"rendered":"\n<p>Waqt laqg\u0127a mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja, l-Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna rringrazzjahom tad-dedikazzjoni tag\u0127hom u \u0127e\u0121\u0121i\u0121hom biex minkejja d-diffikultajiet kollha, ma jaqtg\u0127ux qalbhom u jkomplu bil-missjoni Nisranija li huma msej\u0127a g\u0127aliha. &nbsp; Waqt il-laqg\u0127a, l-Ar\u010bisqof bierek lil dawn il-kapijiet il-\u0121odda: Melanie Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulle\u0121\u0121 St Jeanne Antide, Elaine Siegler, Kap tal-iskola primarja tal-Kulle\u0121\u0121 tal-Qalb Mqaddsa, Fr Jeremy Vella sdb, Kap tal-Kulle\u0121\u0121 ta\u2019 San Domenico Savio u lil Edwin Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulle\u0121\u0121 San Alwi\u0121i. L-Ar\u010bisqof ta wkoll il-barka tieg\u0127u lil Fr Reuben Gauci, il-Kordinatur tal-\u0126idma Pastorali fl-iskejjel u lil Chris Bugeja, Service Manager Numeracy and Literacy mas-Segretarjat tal-iskejjel tal-Knisja.<\/p>\n\n\n\n<div class=\"wp-block-image\"><figure class=\"aligncenter is-resized\"><a href=\"https:\/\/4.bp.blogspot.com\/-SwXrGxJF33s\/Wd3mTwj_uuI\/AAAAAAAAANU\/Mlzm6Xm54corqSq2dPxNoGjJlngPujv4wCLcBGAs\/s1600\/a1.png\"><img fetchpriority=\"high\" decoding=\"async\" src=\"https:\/\/4.bp.blogspot.com\/-SwXrGxJF33s\/Wd3mTwj_uuI\/AAAAAAAAANU\/Mlzm6Xm54corqSq2dPxNoGjJlngPujv4wCLcBGAs\/s400\/a1.png\" alt=\"\" width=\"626\" height=\"451\"\/><\/a><\/figure><\/div>\n\n\n\n<p>Pre\u017centi g\u0127al din il-laqg\u0127a kien hemm ukoll edukaturi li waslu fit-tmiem tas-servizz tag\u0127hom fl-iskejjel tal-Knisja: Fr Paul&nbsp; Chetcuti kordinatur tal-\u0127idma pastorali fl-iskejjel tal-Knisja fi \u0127dan is-Segretarjat g\u0127all-Iskejjel tal-Knisja, Anna Scicluna, g\u0127alliema fl-iskola ta\u2019 San Alwi\u0121i u counsellor fl-iskejjel tal-Knisja fi \u0127dan is-Segretarjat g\u0127all-Iskejjel tal-Knisja, Mary Rose Lewis, g\u0127alliema fl-iskola St Joseph Blata l-Bajda u Kap tad-Dipartiment tar-Reli\u0121jon fi \u0127dan is-Segretarjat g\u0127all-Iskejjel tal-Knisja, Fr Eric Cachia, kap tal-Kulle\u0121\u0121 ta\u2019 San Domenico Savio u membru tal-Kunsill ta\u2019 Church Schools Association, Sister Teresa Tonna, g\u0127alliema u kap tal-iskola sekondarja tal-Kulle\u0121\u0121 ta\u2019 St Jeanne Antide, u Sr Epiphania Cassar, kap tal-kindergarten ta\u2019 Theresa Nuzzo. &nbsp; Waqt il-laqg\u0127a, li saret it-Tlieta 5 ta\u2019 Settembru 2017, l-Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna fakkar is-60 sena mit-twaqqif tal-iskola ta\u2019 Santa Tere\u017ca f\u2019Ker\u010bem u l-150 sena mit-twaqqif tas-Seminarju tal-Qalb Mqaddsa, fir-Rabat, G\u0127awdex.<\/p>\n\n\n\n<h2 class=\"wp-block-heading\">Messa\u0121\u0121 tal-Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna San \u0120iljan, <\/h2>\n\n\n\n<h4 class=\"has-text-align-right wp-block-heading\">5 ta&#8217; Settembru 2017 \u00a0<\/h4>\n\n\n\n<p>Din il-kelma ta\u2019 \u0120es\u00f9 kienet g\u0127all-qalb \u0127afna Santa Tere\u017ca tal-Bambin \u0120es\u00f9 ta\u2019 Lisieux, li fl-1997 \u0121iet iddikjarata Duttur tal-Knisja minn San \u0120wann Pawlu II propju min\u0127abba t-triq tat-tfulija spiritwali <\/p>\n\n\n\n<p>Meta wie\u0127ed jaqra d-djarju tag\u0127ha L-Istorja ta\u2019 Ru\u0127 u anke l-ittri li kitbet, jirrealizza li m\u2019a\u0127niex qed nitkellmu dwar qaddisa r\u0127isa imma dwar persuna li sabet triq ta\u2019 maturazzjoni kbira. G\u0127aliex it-triq tat-tfulija spiritwali hija t-triq li, b\u0127alma jg\u0127allem ukoll il-Beatu Charles de Foucauld, hija li tintelaq f\u2019idejn Alla, f\u2019idejn il-providenza tieg\u0127u, b\u0127alma tarbija tintelaq f\u2019\u0127o\u0121or ommha. Imma trid \u0127afna \u0121enero\u017cit\u00e0 biex inti, kif jg\u0127id l-Ingli\u017c, you let go, li inti tintelaq, li inti tafda lill-Mulej u t\u0127allih imexxik. \u00a0\u00a0 \u00a0 <\/p>\n\n\n\n<p>Il-pro\u010bess edukattiv huwa li intom tilqg\u0127u lit-tfal u tg\u0127inuhom isiru adulti. \u00a0 \u201cTassew ng\u0127idilkom jekk intom ma ter\u0121g\u0127ux issiru b\u0127at-tfal i\u017c-\u017cg\u0127ar, \u017cgur li ma tid\u0127lux fis-saltna tas-smewwiet\u201d (Mt 18, 3). \u0120es\u00f9 j\u017cid l-avverb \u201c\u017cgur\u201d, no chance, allura hemm b\u017conn nie\u0127du din il-kelma tieg\u0127u bis-serjet\u00e0. Huwa pro\u010bess li ter\u0121a\u2019 ssir b\u0127al tifel \u017cg\u0127ir, b\u0127al tifla \u010bkejkna. Mhuwiex pro\u010bess ta\u2019 rimbambiment &#8211; dak g\u0127ad jie\u0127u \u0127sieb l-et\u00e0 &#8211; imma\u00a0 huwa pro\u010bess spiritwali. Kultant tid\u0127ol fi struttura tal-Knisja u t\u0127ossok d\u0127alt fi pro\u010bess li jag\u0127mlek jew jistmak ta\u2019 tifel. \u00a0\u00a0 \u00a0 <\/p>\n\n\n\n<p>Il-pro\u010bess edukattiv irid ikun differenti, g\u0127aliex? G\u0127aliex il-pro\u010bess edukattiv huwa li intom tilqg\u0127u lit-tfal u tg\u0127inuhom isiru adulti. Meta jitilqu mis-sistema u mill-esperjenza edukattiva tag\u0127na, ikunu waslu fuq l-g\u0127atba tal-maturit\u00e0 so\u010bjali, emottiva, psikolo\u0121ika. Ikun g\u0127ad baqg\u0127alhom x\u2019jitg\u0127allmu, imma dan il-pro\u010bess b\u2019xi mod huwa paradossali g\u0127aliex waqt li qed jg\u0127in lill-istudenti u lil-komunit\u00e0 edukattiva tikber psikolo\u0121ikament, so\u010bjalment, akkademikament u intellettwalment, fl-istess \u0127in qed jg\u0127allimha t-triq ta\u2019 din it-tfulija li hija essenzjali g\u0127as-saltna tas-smewwiet.\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 \u00a0 <\/p>\n\n\n\n<p>\u201cG\u0127alhekk l-ikbar wie\u0127ed fostkom fis-saltna tas-smewwiet huwa dak li j\u010bekken lilu nnifsu\u201d (v. 4).\u00a0 X\u2019inhu dan il-pro\u010bess? Huwa l-pro\u010bess li wie\u0127ed mill-profeti l-kbar, \u0120es\u00f9, jg\u0127idlu l-ikbar li twieled min-nisa, minn mara (ara Mt 11, 11), jispjega billi jg\u0127id \u201chemm b\u017conn li hu jikber u jiena ni\u010bkien\u201d. \u0120wanni l-Battista meta jifra\u0127 bil-le\u0127en tal-g\u0127arus u jg\u0127id ,\u201cdan huwa l-fer\u0127 li bih qalbi mtliet\u201d, jg\u0127id ukoll \u201cli hemm b\u017conn jikber hu u ni\u010bkien jien\u201d (\u0120w 3, 29-30). Il-\u2018jien\u2019 tieg\u0127i jrid ji\u010bkien u jikber fija \u0120es\u00f9. \u00a0 <\/p>\n\n\n\n<p>Din hija b\u2019xi mod it-triq anke tal-edukazzjoni Nisranija u Kattolika. Kemm qed ng\u0127inu a\u0127na biex l-istudenti tag\u0127na li huma, b\u0127al kull wie\u0127ed u wa\u0127da minna, ikkontaminati mill-kultura awto-riferenzjali, nar\u010bisista, ikollhom il-karattru ne\u010bessarju biex jirb\u0127u din it-tentazzjoni kontinwa u fihom ji\u010bkien il-\u2018jien\u2019, mhux g\u0127ax mhuwiex \u017cviluppat, anzi g\u0127ax qed isir imma\u0121ini unika ta\u2019 \u0120es\u00f9 Kristu llum. G\u0127aliex \u0120es\u00f9 huwa tant kbir fl-g\u0127ana tieg\u0127u li kapa\u010bi jkollu espressjonjiet differenti u din hija s-sej\u0127a ta\u2019 kull Nisrani: li jkun espressjoni \u0121dida tal-Mulej \u0120es\u00f9 fid-dinja, pre\u017cenza \u0127ajja.\u00a0\u00a0 \u00a0 <\/p>\n\n\n\n<p>\u0120es\u00f9 jitkellem ukoll fuq ir-realt\u00e0 tal-iskandlu, ir-realt\u00e0 tal-pre\u017cenza li minflok tg\u0127in, tfixkel. G\u0127aliex il-kelma skandlu \u2014 li hija kategorija evan\u0121elika \u2014\u0121ejja minn xi \u0127add li jfixklek, li jag\u0127millek litteralment gambetta, tkun miexi u jo\u0127ro\u0121lok saqajh biex titfixkel. Din l-espressjoni kwa\u017ci fi\u017cika, \u0120es\u00f9 jag\u0127tiha kontenut teolo\u0121iku. B\u2019reali\u017cmu kbir jg\u0127id ukoll li ma tistax tevita dawn il-mumenti ta\u2019 tfixkil, imma g\u0127andu kliem iebes g\u0127al min ikun okka\u017cjoni ta\u2019 dan it-tfixkil.\u00a0\u00a0 \u00a0 \u00a0 <\/p>\n\n\n\n<p>U g\u0127alhekk, fid-dawl tal-kelma t\u2019Alla llum, a\u0127na qeg\u0127din ni\u0121u wkoll mistiedna nag\u0127mlu e\u017cami ta\u2019 kuxjenza anke kollettiv, anke fl-istrutturi tag\u0127na; jekk hemmx xi elementi fihom li minflok qeg\u0127din jg\u0127inu lis-Saltna, qeg\u0127din ifixkluha. Kultant, u\u0127ud mid-de\u010bi\u017cjonijiet tag\u0127na, minflok jg\u0127inu, ifixklu. G\u0127alhekk id-dixxerniment huwa importanti, g\u0127alhekk ukoll kull vu\u010bi, anke li ma taqbilx, hija essenzjali, hija barka. Il-periklu li wie\u0127ed ikun qed jifhem li jag\u0127mel il-\u0121id imma jispi\u010b\u010ba jag\u0127mel id-deni, dejjem kien hemm. \u00a0 G\u0127alhekk ukoll irid ikollna l-flessibilt\u00e0 ne\u010bessarja biex anke jekk naqbdu t-triq, jekk naraw li mhix qed tg\u0127inna n\u0127abbru l-Evan\u0121elju nibdluha. U din hija flessibilit\u00e0 li tirrikjedi l-umilt\u00e0 ta\u2019 \u010bkunija spiritwali u maturit\u00e0 kbira. Anke hemmhekk hemm dik li Chiara Lubich, profeta tas-seklu li g\u0127adda, kienet issej\u0127ilha is-\u201csaper perdere\u201d, li titg\u0127allem titlef. \u00a0 L-e\u017ci\u0121enza tas-so\u010bjet\u00e0, li s-servizz tag\u0127na jkun differenti u ta\u2019 kwalit\u00e0 differenti, ifisser li hemm tama \u00a0 Min ma j\u0127obbniex, ifakkarna u jumiljana bi\u017c\u017cejjed bil-pantomini li kultant nag\u0127mlu, ji\u0121ifieri m\u2019g\u0127andniex b\u017conn min ifakkarna. G\u0127andna di\u0121\u00e0 min il-professjoni tieg\u0127u hija li jfakkarna u jumiljana bi dnubietna, bid-difetti. Imma meta ji\u0121i xi \u0127add igergirli fuq xi \u0127a\u0121a, tg\u0127allimt \u2014 g\u0127ax g\u0127amilt parti mis-sa\u010berdozju tieg\u0127i nara l-iskandli kuljum, u nipprova nag\u0127ti risposta fejn kultant lanqas hemm risposta \u2014 li meta dak li jkun, anke b\u2019mod aggressiv, jitlob minna atte\u0121\u0121jament differenti, qisu g\u0127adu ma tilifx it-tama fina li nistg\u0127u nkunu a\u0127jar. Din l-e\u017ci\u0121enza tas-so\u010bjet\u00e0 \u2014 li a\u0127na nkunu differenti \u2014 li s-servizz tag\u0127na jkun differenti u ta\u2019 kwalit\u00e0 differenti, ifisser li hemm tama li dawk li jg\u0127idu li huma ta\u2019 \u0120es\u00f9 Kristu, g\u0127andhom qawwa li \u0121ejja minnu, li jag\u0127mlu a\u0127jar.\u00a0\u00a0\u00a0 \u00a0 <\/p>\n\n\n\n<p>Jiena nitlob ukoll, b\u0127alma nag\u0127mel kull meta niltaqa\u2019 mag\u0127kom u anke mal-provin\u010bjali, li a\u0127na jkollna l-kura\u0121\u0121 nikbru. Intom tafu i\u017cjed minni imma jiena mag\u0127kom, a\u0127na l-Isqfijiet mag\u0127kom, a\u0127na ta\u0127t pressjoni kontinwa biex dan is-servizz jikber.\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 \u00a0 \u00a0 <\/p>\n\n\n\n<p>Nirringrazzja lil dawk l-iskejjel li b\u0127alma qal il-Mulej lil Abraham,\u00a0 idde\u010bidew iwessg\u0127u t-tinda tag\u0127hom u jilqg\u0127u i\u017cjed tfal. Ninkora\u0121ixxi lil min jista\u2019, din il-\u0127a\u0121a jag\u0127milha g\u0127ax id-domanda hija ur\u0121enti u pressanti. \u00a0 Jiena nixtieq ukoll nirringrazzjakom f\u2019isimna l-Isqfijiet, f\u2019isem il-Knisja f\u2019Malta u f\u2019G\u0127awdex tax-xog\u0127ol li tag\u0127mlu, tad-dedikazzjoni mhux biss tag\u0127kom personali, imma tal-istaff li tirrapre\u017centaw, u a\u0127na napprezzaw ukoll l-input li kontinwament twasslulna u tag\u0127tuna. Imma nixtieqkom twasslu lill-istaff tag\u0127kom ta\u2019 kull skola li intom tirrapre\u017centaw, mhux biss l-gratitudni tal-Knisja u tal-poplu ta\u2019 Alla, imma l-ur\u0121enza li a\u0127na nie\u0127du bis-serjet\u00e0 l-missjoni partikolari tag\u0127na, u li ma nib\u017cg\u0127ux inkunu dak li a\u0127na g\u0127aliex dan huwa s-servizz li jitlob minna l-poplu ta\u2019 Alla, qed jitlob minna l-pajji\u017c. Grazzi. \u00a0<\/p>\n\n\n\n<p> \u2720\u00a0Charles J. Scicluna \u00a0 \u00a0<\/p>\n\n\n\n<p>Ar\u010bisqof ta\u2019 Malta<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Waqt laqg\u0127a mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja, l-Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna rringrazzjahom tad-dedikazzjoni tag\u0127hom u \u0127e\u0121\u0121i\u0121hom biex minkejja d-diffikultajiet kollha, ma jaqtg\u0127ux qalbhom u jkomplu bil-missjoni Nisranija li huma msej\u0127a g\u0127aliha. &nbsp; Waqt il-laqg\u0127a, l-Ar\u010bisqof bierek lil dawn il-kapijiet il-\u0121odda: Melanie Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulle\u0121\u0121 St Jeanne Antide, Elaine Siegler, Kap tal-iskola primarja tal-Kulle\u0121\u0121 tal-Qalb Mqaddsa, Fr Jeremy Vella sdb, Kap tal-Kulle\u0121\u0121 ta\u2019 San Domenico Savio u lil Edwin Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulle\u0121\u0121 San Alwi\u0121i&#8230;<\/p>\n<p> <a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/tibzghux-tkunu-dak-li-intom-l-arcisqof-lill-iskejjel-tal-knisja\/\">Kompli aqra&#160;&raquo;<\/a><\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[14],"tags":[],"class_list":["post-1009","post","type-post","status-publish","format-standard","hentry","category-blog"],"toolset-meta":{"custom-fields":{"subtitle":{"type":"textfield","raw":"L-Ar\u010bisqof lill-iskejjel tal-Knisja"}}},"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1009","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=1009"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1009\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5586,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1009\/revisions\/5586"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=1009"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=1009"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=1009"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}