{"id":230206,"date":"2025-06-01T19:25:33","date_gmt":"2025-06-01T17:25:33","guid":{"rendered":"https:\/\/sds.mt\/?post_type=events&#038;p=230206"},"modified":"2025-06-01T19:40:45","modified_gmt":"2025-06-01T17:40:45","slug":"jubilee-for-educators","status":"publish","type":"events","link":"https:\/\/sds.mt\/mt\/events\/jubilee-for-educators\/","title":{"rendered":"Jubilee for Educators &#8211; Il-\u0120ublew tal-Edukaturi"},"content":{"rendered":"\n<div style=\"height:56px\" aria-hidden=\"true\" class=\"wp-block-spacer\"><\/div>\n\n\n\n<p>\u0120ewwa s-Santwarju ta&#8217; Sta Tere\u017ca f&#8217; Birkirkara \u010b\u010belebrajna l-\u0120ublew tal-Edukaturi organizat f&#8217;kollaborazzjoni bejn il-Kumitat organizzattiv tal-\u0120ublew tat-Tama, is-Segretarjat g\u0127all-Edukazzjoni Kattolika u l-Spiritual Development in Schools. Kien mument sabi\u0127 fejn edukaturi mill-iskejjel tal-Istat, Knisja u Indipendenti irringrazzjajna l-Mulej tal-vokazzjoni u l-missjoni tal-edukatur, deskritt mill-Isqof Joseph Galea Curmi b\u0127ala benefattur tas-so\u010bjet\u00e0 Maltija. L-Isqof Aw\u017ciljarju Joseph Galea Curmi \u010b\u010belebra l-quddiesa, kkon\u010belebrata minn fr Mark Ellul, Fr Reuben Gauci, Fr Jean Claude Schembri, fr Jurgen Cucciardi OCarm u Fr Marco Portelli. Nirringrazzjaw lil komunit\u00e0 Tere\u017cjana li laqg\u0127etna g\u0127al din i\u010b-\u010belebrazzjoni. <\/p>\n\n\n\n<h3 class=\"wp-block-heading\"><strong>L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi<\/strong><\/h3>\n\n\n\n<p><em>sors: church.mt <\/em><\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/knisja.mt\/wp-content\/uploads\/2025\/05\/WhatsApp-Image-2025-05-30-at-23.00.32-1024x683.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-157910\"\/><\/figure>\n\n\n\n<div style=\"height:59px\" aria-hidden=\"true\" class=\"wp-block-spacer\"><\/div>\n\n\n\n<p>G\u0127e\u017cie\u017c edukaturi, f\u2019dan il-jum tal-\u0120ublew tal-edukaturi, il-Knisja f\u2019Malta ddawwar \u0127arsitha fuqkom bi gratitudni u tama. Intom li tg\u0127allmu, tiggwidaw, tifformaw u tmissu l-qalb u l-mo\u0127\u0127 tat-tfal u ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127, m\u2019intomx sempli\u010bement \u0127addiema fi professjoni&nbsp; \u2014 intom professjonisti b\u2019vokazzjoni u missjoni partikulari. Li tkun edukatur mhuwiex biss xog\u0127ol; hu missjoni, sehem qaddis mill-opra kreattiva u salvifika ta\u2019 Alla.<\/p>\n\n\n\n<p>Fl-Evan\u0121elju tal-lum, skont San Luqa, naraw lil \u0120es\u00f9 fil-bidu tal-ministeru pubbliku tieg\u0127u. Jid\u0127ol fis-sinagoga f\u2019Na\u017caret, jaqra mill-profeta Isaija, u j\u0127abbar: \u201cDin il-kitba se\u0127\u0127et illum, intom u tisimg\u0127u\u201d (Lq 4:21).<\/p>\n\n\n\n<p>Dan il-mument fil-\u0127ajja ta\u2019 \u0120es\u00f9 mhuwiex biss storiku \u2013 hu mument edukattiv. \u0120es\u00f9 mhux biss jitkellem, imma jg\u0127allem bi kliemu u b\u2019\u0127ajtu. I\u0127abbar il-Kelma u jkun il-milja tag\u0127ha. X\u2019mudell mill-isba\u0127 g\u0127alikom!<\/p>\n\n\n\n<p><strong>\u0120es\u00f9 l-edukatur: li j\u0127abbar u li jse\u0127\u0127<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>\u0126arsu ftit lejn din ix-xena qawwija: \u0120es\u00f9 jaqra l-Iskrittura, u kul\u0127add i\u0127ares lejh \u2013 \u201cg\u0127ajnejn kul\u0127add fis-sinagoga kienu msammra fuqu\u201d (Lq 4:20). G\u0127aliex? G\u0127ax jitkellem mhux b\u0127al wie\u0127ed li jag\u0127ti tag\u0127rif, imma b\u0127al wie\u0127ed li jg\u0127ix dak li jg\u0127allem. Il-kliem tieg\u0127u hu mimli bl-Ispirtu: \u201cL-Ispirtu tal-Mulej fuqi\u201d (Lq 4:18). Ma \u0121iex biex jg\u0127addi informazzjoni, imma biex je\u0127les, ifejjaq u jerfa\u2019.<\/p>\n\n\n\n<p>Dan hu li jag\u0127mlu l-edukaturi veri. Intom mhux sempli\u010biment tg\u0127addu informazzjoni jew tispjegaw; intom imsej\u0127in biex tkun xhieda, biex \u0127ajjitkom tkun titkellem b\u2019mod \u0127afna aktar qawwi minn dak li tg\u0127idu. Intom imsej\u0127in biex i\u0121\u0121orru vi\u017cjoni ta\u2019 dinjit\u00e0, ta\u2019 libert\u00e0, ta\u2019 fejqan. Intom msej\u0127in biex tissie\u0127bu ma\u2019 \u0120es\u00f9 fil-missjoni tieg\u0127u:<\/p>\n\n\n\n<ul class=\"wp-block-list\">\n<li>Li j\u0121ib il-\u0127elsien lill-imjassrin \u2013 intom imsej\u0127in biex te\u0127ilsu l-persuni mill-bi\u017ca\u2019 u minn dak li jikkondizzjonahom f\u2019\u0127ajjithom. Te\u0127ilsuhom mill-inganni fil-\u0127ajja. Tag\u0127tu lill-istudenti sens kritiku biex ma jkunux skjavi ta\u2019 dak li jisimg\u0127u u jaraw u jaqraw.<\/li>\n\n\n\n<li>Li j\u0127abbar l-A\u0127bar it-Tajba lill-foqra \u2013 intom imsej\u0127in biex twasslu messa\u0121\u0121 po\u017cittiv u tqajmu t-tama f\u2019dawk li j\u0127ossuhom minsijin, imwarrbin, dawk li huma \u017cvanta\u0121\u0121jati fis-so\u010bjet\u00e0. Trawmu kultura ta\u2019 \u0121ustizzja, ta\u2019 \u0127niena, ta\u2019 inklu\u017cjoni u ta\u2019 rispett lejn il-\u0127ajja u d-dinjit\u00e0 ta\u2019 kull bniedem.<\/li>\n\n\n\n<li>Li jag\u0127ti d-dawl lill-g\u0127omja \u2013 intom imsej\u0127in biex tg\u0127inu lill-istudenti jiskopru l-valur u l-potenzjal tag\u0127hom, u jag\u0127rfu l-verit\u00e0. Din hi missjoni importanti qalb il-\u0127afna misinformazzjoni u\u00a0<em>fake news<\/em>\u00a0li l-istudenti mdawra bih.\u00a0<\/li>\n<\/ul>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/knisja.mt\/wp-content\/uploads\/2025\/05\/WhatsApp-Image-2025-05-30-at-22.59.40-1024x683.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-157912\"\/><\/figure>\n\n\n\n<div style=\"height:59px\" aria-hidden=\"true\" class=\"wp-block-spacer\"><\/div>\n\n\n\n<p>Il-Mulej jg\u0127inkom f\u2019din il-missjoni tag\u0127kom qalb diversi sfidi tal-\u0127ajja tal-lum. Wa\u0127da mill-isfidi kbar hija l-mentalit\u00e0 li l-\u0127ajja umana ma g\u0127andhiex valur fiha nnifisha, u li tista\u2019 tiddisponi minnha. Hu f\u2019dan l-ambjent li qed jikbru l-istudenti li mag\u0127hom tiltaqg\u0127u.<\/p>\n\n\n\n<p>Meta l-edukazzjoni tkun ispirata mill-missjoni tal-Evan\u0121elju, issir tassew esperjenza ta\u2019 trasformazzjoni. I\u0121\u0121ib bidla g\u0127all-a\u0127jar, u tg\u0127in lill-istudenti biex isiru huma stess a\u0121enti ta\u2019 bidla fis-so\u010bjet\u00e0 Maltija.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>L-\u201cIllum\u201d tal-Edukazzjoni<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>\u0120es\u00f9 jg\u0127id: \u201cDin il-kitba se\u0127\u0127et illum, intom u tisimg\u0127u\u201d. Mhux ilbiera\u0127, jew g\u0127ada, imma llum. Din il-kelma \u201cillum\u201d tidwi b\u2019mod profond fl-Evan\u0121elju skont San Luqa u fil-missjoni tal-Knisja. Tfakkarna li l-\u0127idma ta\u2019 Alla hi dejjem pre\u017centi u ur\u0121enti.<\/p>\n\n\n\n<p>G\u0127e\u017cie\u017c edukaturi, xog\u0127olkom hu biex tg\u0127inu lill-istudenti fil-bini tal-futur ta\u2019 \u0127ajjithom; imma xog\u0127olkom mhux biss t\u0127ejjija g\u0127all-futur \u2013 hu, qabel xejn, dwar l-\u201cillum\u201d qaddis ta\u2019 kull tifel u tifla, ta\u2019 kull student jew studenta li ta\u0127dmu mag\u0127hom. Intom pre\u017centi fl-\u201cissa\u201d ta\u2019 \u0127ajjithom. U b\u0127al Kristu, timxu mag\u0127hom lejn il-milja ta\u2019 dak li huma msej\u0127a jkunu.<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/knisja.mt\/wp-content\/uploads\/2025\/05\/WhatsApp-Image-2025-05-30-at-23.00.33-1024x683.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-157914\"\/><\/figure>\n\n\n\n<div style=\"height:59px\" aria-hidden=\"true\" class=\"wp-block-spacer\"><\/div>\n\n\n\n<p>Il-Papa Fran\u0121isku fakkarna li l-edukazzjoni g\u0127andha tkun imnissla minn \u201ckultura tal-laqg\u0127a\u201d (<em>culture of encounter<\/em>) \u2013 li tg\u0127aqqad il-mo\u0127\u0127, il-qalb u l-idejn.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Ag\u0127rfu dejjem il-qawwa tal-pre\u017cenza, tas-smig\u0127, tal-inkora\u0121\u0121iment \u2013 biex tg\u0127inu lill-istudenti jag\u0127rfu l-potenzjal tag\u0127hom u ji\u017cviluppaw it-talenti sbie\u0127 li Alla tahom. Kelma wa\u0127da mg\u0127oddija b\u2019im\u0127abba llum ming\u0127andkom tista\u2019 t\u0127alli frott li jibqa\u2019 tul \u0127ajjithom kollha.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>\u0120ublew: \u017cmien ta\u2019 tisfija u ti\u0121did<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>Il-\u0120ublew hu \u017cmien qaddis \u2013 \u017cmien ta\u2019 \u0127elsien, mistrie\u0127 u ritorn lejn dak li hu essenzjali. Fl-ori\u0121ini tieg\u0127u fit-tradizzjoni Lhudija, kien \u017cmien fejn id-dejn kien jin\u0127afer, l-ilsiera jin\u0127elsu, u l-art ting\u0127ata lura. G\u0127alikom edukaturi, dan il-\u0120ublew hu mument biex tiskopru mill-\u0121did ir-ru\u0127 tal-missjoni tag\u0127kom:<\/p>\n\n\n\n<ul class=\"wp-block-list\">\n<li>\u0126alluh ikun \u017cmien biex ter\u0121g\u0127u ssibu l-fer\u0127 tal-ewwel im\u0127abba \u2013 il-fer\u0127 tat-tag\u0127lim.<\/li>\n\n\n\n<li>\u0126a jkun mument ta\u2019 mistrie\u0127 mill-g\u0127eja, u ta\u2019 ti\u0121did fis-sa\u0127\u0127a tag\u0127kom.<\/li>\n\n\n\n<li>\u0126a jkun sta\u0121un biex ter\u0121g\u0127u tixeg\u0127lu l-\u0127e\u0121\u0121a g\u0127as-sewwa, g\u0127all-\u0121miel u g\u0127all-verit\u00e0.<\/li>\n<\/ul>\n\n\n\n<p><strong>Marija miexja mag\u0127kom<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019Na\u017caret, fejn \u0120es\u00f9 trabba, Marija kienet l-ewwel edukatura tieg\u0127u. Ma g\u0127allmitux fi klassi, imma fil-\u0127ajja ta\u2019 kuljum. L-e\u017cempju tag\u0127ha jfakkarna li l-g\u0127erf jikber fis-skiet, fil-pa\u010benzja u fil-pre\u017cenza.<\/p>\n\n\n\n<p>G\u0127e\u017cie\u017c edukaturi, afdaw il-missjoni tag\u0127kom f\u2019idejn Marija, il-mara ta\u2019 g\u0127erf kbir u ta\u2019 m\u0127abba qawwija. Itolbuha biex takkumpanjakom dejjem, u spe\u010bjalment meta t\u0127ossukom g\u0127ajjenin, di\u017corjentati, imtaqqlin jew imwe\u0121\u0121g\u0127in. Hija tg\u0127inkom tkomplu tag\u0127tu l-kontribut siewi tag\u0127kom bl-im\u0127abba, b\u0127alma dejjem g\u0127amlet hi.<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/knisja.mt\/wp-content\/uploads\/2025\/05\/WhatsApp-Image-2025-05-30-at-22.59.38-1024x683.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-157916\"\/><\/figure>\n\n\n\n<div style=\"height:59px\" aria-hidden=\"true\" class=\"wp-block-spacer\"><\/div>\n\n\n\n<p><strong>Il-laqg\u0127a ma\u2019 \u0120es\u00f9<\/strong><br><br>\u201cMeta tfittxuni b\u2019qalbkom kollha, issibuni\u201d (\u0120er 29:13). Hekk jg\u0127id il-Mulej. Nistedinkom biex dejjem tlaqqg\u0127u lill-persuni li tiltaqg\u0127u mag\u0127hom ma\u2019 \u0120es\u00f9, \u0127alli fih isibu t-Triq, il-Verit\u00e0, il-\u0126ajja.<\/p>\n\n\n\n<p>F\u2019dan il-\u0120ublew, nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex jg\u0127inkom tkunu edukaturi li twasslu l-A\u0127bar it-Tajba, li tg\u0127allmu bil-kelma u bix-xhieda ta\u2019 \u0127ajjitkom, \u0127alli l-post fejn tg\u0127allmu jkun santwarju ta\u2019 dinjit\u00e0, verit\u00e0 u tama.<\/p>\n\n\n\n<p>G\u0127e\u017cie\u017c edukaturi, intom benefatturi tas-so\u010bjet\u00e0 Maltija. Grazzi ta\u2019 dak kollu li tag\u0127mlu, u ta\u2019 dak li intom. Iberikkom il-Mulej \u0120es\u00f9, il-Img\u0127allem u l-Edukatur it-Tajjeb, illum u dejjem.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>\u2720 Joseph Galea-Curmi&nbsp;<\/strong>&nbsp;&nbsp;<br>&nbsp; &nbsp; Isqof Aw\u017ciljarju<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/knisja.mt\/wp-content\/uploads\/2025\/05\/WhatsApp-Image-2025-05-30-at-22.59.37-1024x683.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-157918\"\/><\/figure>\n\n\n\n<div style=\"height:59px\" aria-hidden=\"true\" class=\"wp-block-spacer\"><\/div>\n\n\n\n<p><a href=\"https:\/\/ritratti.knisja.mt\/home\/\" target=\"_blank\" rel=\"noreferrer noopener\">Aktar ritratti<\/a><\/p>\n\n\n\n<p><\/p>\n\n\n\n<p><\/p>\n","protected":false},"featured_media":230219,"template":"","event-category":[427,409],"class_list":["post-230206","events","type-events","status-publish","has-post-thumbnail","hentry","event-category-blog","event-category-educators"],"toolset-meta":{"event-details":{"event-starting-date":{"type":"date","raw":"1748563200","formatted":"30\/05\/2025"},"event-end-date":{"type":"date","raw":"","formatted":null},"event-location":{"type":"textfield","raw":"Sanctuary of St Theresa, Birkirkara"},"event-audience":{"type":"textfield","raw":"Educators"},"event-time":{"type":"textfield","raw":"7:00pm"},"event-short-details":{"type":"textfield","raw":""},"maps-location":{"type":"google_address","raw":"{35.8975017,14.458774}"},"map-location-description":{"type":"textfield","raw":""},"event-registration-text":{"type":"textfield","raw":"Register"},"event-registration-link":{"type":"url","raw":""},"languages":{"type":"textfield","raw":"Maltese"}}},"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/events\/230206","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/events"}],"about":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/events"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/events\/230206\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":230512,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/events\/230206\/revisions\/230512"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/230219"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=230206"}],"wp:term":[{"taxonomy":"event-category","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/event-category?post=230206"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}