{"id":229325,"date":"2025-03-22T22:55:00","date_gmt":"2025-03-22T21:55:00","guid":{"rendered":"https:\/\/sds.mt\/?post_type=events&#038;p=229325"},"modified":"2025-04-20T20:49:12","modified_gmt":"2025-04-20T18:49:12","slug":"archbishop-charles-scicluna-visiting-maria-regina-college-secondary-school-zokrija","status":"publish","type":"events","link":"https:\/\/sds.mt\/mt\/events\/archbishop-charles-scicluna-visiting-maria-regina-college-secondary-school-zokrija\/","title":{"rendered":"Archbishop Charles Scicluna visiting Maria Regina College Secondary School, \u017bokrija"},"content":{"rendered":"\n<div style=\"height:68px\" aria-hidden=\"true\" class=\"wp-block-spacer\"><\/div>\n\n\n\n<h3 class=\"wp-block-heading\"><strong>L-omelija tal-Ar\u010bisqof Charles Jude Scicluna<\/strong><\/h3>\n\n\n\n<p>Nirringrazzjakom \u0127afna, li g\u0127a\u017ciltu li ti\u0121u g\u0127al din il-quddiesa, u li g\u0127andi \u010bans, inkellimkom xi ftit. L-ewwel kelma li nixtieq ng\u0127idilkom hi kelma ta\u2019 kura\u0121\u0121 g\u0127ax \u0127afna drabi ji\u0121ru affarijiet f\u2019\u0127ajjitna li jaqtg\u0127ulna qalbna. Jew ma nkunux \u010berti li hemm xi \u0127add li tassew i\u0127obbna u jkollna b\u017conn kbir, li a\u0127na n\u0127ossuna ma\u0127bubin; li xi \u0127add hu tassew \u0127abib jew \u0127abiba; li xi \u0127add hemm barra, jew qrib tieg\u0127i, jag\u0127ti kasi u jimpurtah minni. L-ewwel kelma li jg\u0127idlek \u0120es\u00f9, jekk inti ttih \u010bans, hu: Jiena n\u0127obbok, jiena nag\u0127ti \u0127ajti g\u0127alik. Hawn \u0127afna reli\u0121jonijiet fid-dinja na\u0127seb anke fl-iskola tag\u0127kom.<\/p>\n\n\n\n<p>X\u2019jag\u0127milna Nsara? Alla li nemmnu fih a\u0127na ta \u0127ajtu g\u0127alina; Alla, li permezz ta\u2019 Ibnu, li sar bniedem, qalilna din il-kelma: \u201cKif \u0127abbni missieri, hekk \u0127abbejtkom jien\u201d (\u0120w 15:9).<\/p>\n\n\n\n<p>Dan hu Alla, li a\u0127na nxandru, u li fih nemmnu. Hu Alla li qal, il-\u0127abib jew il-\u0127abiba, tag\u0127ti \u0127ajjitha, jag\u0127ti \u0127ajtu. \u201cM\u2019hemmx im\u0127abba ikbar minn din: li wie\u0127ed jag\u0127ti \u0127ajtu g\u0127al \u0127biebu\u201d (\u0120w 15:13). G\u0127ax inti tista\u2019 tag\u0127ti milli jkollok, imma li tag\u0127ti \u0127ajtek! U \u0120es\u00f9, ma qag\u0127adx ja\u0127sibha darbtejn. Ta \u0127ajtu g\u0127alina, u g\u0127alhekk, g\u0127al kull wie\u0127ed u kull wa\u0127da minna, sar l-ikbar \u0127abib.<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/knisja.mt\/wp-content\/uploads\/2024\/05\/WhatsApp-Image-2024-05-06-at-13.57.36-1024x683.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-132204\"\/><\/figure>\n\n\n\n<div style=\"height:56px\" aria-hidden=\"true\" class=\"wp-block-spacer\"><\/div>\n\n\n\n<p>\u0120es\u00f9 jag\u0127tina weg\u0127da spe\u010bjali fl-Evan\u0121elju li g\u0127adna kemm smajna llum. Weg\u0127idna xi \u0127add li jiddefendina. Xi kultant a\u0127na stess nakku\u017caw lilna nfusna. Tkun g\u0127amilt xi \u017cball f\u2019\u0127ajtek, xi wa\u0127da tinkiteb b\u0127al kif ng\u0127idu fil-Malti, jew ma t\u0127ossokx bravu jew brava bi\u017c\u017cejjed, u jkollok b\u017conn xi \u0127add li jipperswatik, li inti g\u0127andek valur, li hemm it-tjubija fik; li inti kapa\u010bi tag\u0127mel \u0127wejje\u0121 kbar, skont it-talenti tieg\u0127ek. \u0120es\u00f9 jibg\u0127atilna \u2018difensur\u2019, jg\u0127id. Kelma o\u0127ra, g\u0127al dan id-difensur hu \u2018avukat\u2019. Xi \u0127add li jg\u0127inek, meta tinsab fl-inkwiet. Dan ma jitolbokx kont. Hu \u201cl-Ispirtu tal-verit\u00e0\u201d (\u0120w 15:17); u l-ikbar verit\u00e0, li a\u0127na ma\u0127luqa, u msej\u0127in g\u0127all-im\u0127abba.<\/p>\n\n\n\n<p>Issa intom u tiskopru s-sbu\u0127ija tal-im\u0127abba f\u2019\u0127ajjitkom, fil-\u0127olm tag\u0127kom, fil-\u0127biberija ta\u2019 bejnietkom; ippermettuli, ta\u2019 ra\u0121el xi\u0127. Jien daqt nag\u0127laq 65, suppost bil-pensjoni, imma qaluli li g\u0127ad baqag\u0127li. G\u0127ax l-isqof ta\u2019 75 sena jirtira, jekk il-Papa jidde\u010biedi li j\u0127allini naqra kwiet; ji\u0121ifieri g\u0127ad fadalli 10 snin. Ara tal-et\u00e0 tieg\u0127i, ta\u2019 65 sena jibdew igawdu l-pensjoni. Dik wa\u0127da mill-affarijiet li jkollu jag\u0127mel l-isqof, jie\u0127u naqra i\u017cjed pa\u010benzja.<\/p>\n\n\n\n<p>Tg\u0127iduli, imma l-isqof x\u2019inhu? G\u0127ax a\u0127na qed naraw ra\u0121el qasir quddiemna, u g\u0127andu karlotta tad-drapp, il-bqija mhux l-istess b\u0127all-qassisin l-o\u0127ra? Imma l-isqof x\u2019jag\u0127mel? L-ewwel nett ma tapplikax biex issir isqof. Isejja\u0127lek in-Nunzju, li hu l-ambaxxatur tal-Papa, b\u0127alma \u0121rali jiena fl-2015, kwa\u017ci 10 snin ilu. In-Nunzju qalli, li l-Papa jixtieq li nkun l-Ar\u010bisqof ta\u2019 Malta. A\u0127na hawnhekk, ng\u0127idulu ar\u010bisqof, mhux g\u0127ax hu ikbar mill-o\u0127rajn, imma hu titlu li d-djo\u010besi ta\u2019 Malta g\u0127andha.<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/knisja.mt\/wp-content\/uploads\/2024\/05\/WhatsApp-Image-2024-05-06-at-13.57.35-4-1024x683.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-132206\"\/><\/figure>\n\n\n\n<div style=\"height:64px\" aria-hidden=\"true\" class=\"wp-block-spacer\"><\/div>\n\n\n\n<p>L-isqof hu msejja\u0127, biex b\u0127al \u0120es\u00f9, ikun rag\u0127aj. Imma jien l-ewwel vokazzjoni tieg\u0127i, hi li nag\u0127ti \u0127ajti b\u0127ala rag\u0127aj; b\u0127ala dak li jg\u0127allem, jie\u0127u \u0127sieb, imexxi, u jkun anke xhud. Imma\u0121ina ng\u0127idlek: \u0127abib, \u0127abiba, jekk inti trid tkun tassew Nisrani, trid tkun lest t\u0127obb anke billi ta\u0127fer lil min g\u0127amillek il-\u0127sara. Imbag\u0127ad jien ma nag\u0127milhiex din il-\u0127a\u0121a. Tg\u0127idli, mela Dun, inti tpa\u010bpa\u010b imma meta ti\u0121i g\u0127as-si u no, ma tag\u0127milhiex. Tajba din! L-isqof irid ikun ukoll xhud biex il-kelma li j\u0127abbar jg\u0127ixha wkoll. \u0126afna drabi l-isqof hu msejja\u0127 jie\u0127u pa\u010benzja.<\/p>\n\n\n\n<p>Forsi hawn min qed ja\u0127seb \u2018tg\u0127idli x\u2019tg\u0127idli, jien m\u2019iniex g\u0127al qassis; jien irrid ni\u017c\u017cewwe\u0121\u2019. U ta\u2019 dan nawguralek. Imma, tkun xi tkun il-vokazzjoni tieg\u0127ek, qis din il-\u0127a\u0121a. Dak li tag\u0127mel, g\u0127amlu g\u0127ax t\u0127obb. Jekk tag\u0127\u017cel persuna f\u2019\u0127ajtek, g\u0127a\u017clu jew g\u0127a\u017cilha g\u0127ax t\u0127obbu, g\u0127ax t\u0127obbha. U l-im\u0127abba tfisser, li trid tie\u0127u pa\u010benzja; g\u0127ax ming\u0127ajr pa\u010benzja m\u2019hemmx im\u0127abba vera; g\u0127ax l-im\u0127abba vera mhix ir\u0127isa, mhix tal-likes ta\u2019 Facebook. Kultant nara xi programm fuq it-televi\u017cjoni, u min ikun qed jippre\u017centa jg\u0127id: \u2018Ag\u0127mlulna like\u2019. U kul\u0127add jg\u0127odd kemm g\u0127andu likes. Sirna kultura tal-likes.<\/p>\n\n\n\n<p>Jien kultant ji\u0121ini dan il-\u0127sieb. Allura jiena niswa daqskemm g\u0127andi likes? Jew niswa skont kemm in\u0127obb u nemmen fija nnifsi? G\u0127alija importanti kif jarawni n-nies jew skont xi tjubija hemm fija nnifsi? Kultant niltaqa\u2019 ma\u2019 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 imdejqin u inkwetati g\u0127ax kellhom ftit \u0127bieb u m\u2019g\u0127adhomx \u0127bieb mag\u0127hom fuq Facebook jew xi pjattaformi di\u0121itali o\u0127ra.<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/knisja.mt\/wp-content\/uploads\/2024\/05\/WhatsApp-Image-2024-05-06-at-13.57.36-1-1024x683.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-132212\"\/><\/figure>\n\n\n\n<div style=\"height:66px\" aria-hidden=\"true\" class=\"wp-block-spacer\"><\/div>\n\n\n\n<p>G\u0127andek ra\u0121un, jiddispja\u010bik. Imma ma waqg\u0127etx id-dinja. Inti bravu g\u0127ax g\u0127andek \u0127afna followers jew g\u0127andek \u0127afna likes? A\u0127na rridu nkunu xhieda fil-qalb tag\u0127na minn ta\u2019 min a\u0127na. Din hi kultura, li rridu nbiddluha bid-de\u010bi\u017cjonijiet tag\u0127na. Li l-bniedem hu tajjeb, anke kif in\u0127arsu lejn xulxin. Is-sbu\u0127ija, is-sa\u0127\u0127a, is-su\u010b\u010bess huma sbie\u0127 \u2013 kollox jg\u0127addi; imma inti g\u0127a\u017cel \u0127bieb li jkunu twajba, u li jkunu leali. Il-\u0127bieb ippruvahom! G\u0127addihom mill-e\u017cami. Hemm e\u017camijiet tal-\u0127ajja, li mhumiex orali jew bil-miktub, imma li huma ta\u2019 vera. Persuna, qabel tg\u0127id, din hi l-partner ta\u2019 \u0127ajti, dan hu l-ma\u0127bub ta\u2019 \u0127ajti, ippruvaha. Dan il-kelma tieg\u0127u tg\u0127odd? Tirrispettani ta\u2019 veru? Jekk kelb fit-triq jag\u0127tih bis-sieq, se jirrispetta lili! Allura tindunaw ukoll, li l-im\u0127abba tag\u0127na, ma tridx tkun biss lejn il-persuni, imma anke lejn il-\u0127olqien, lejn o\u0127rajn li ma jaqblux mag\u0127na.<\/p>\n\n\n\n<p>U l-Mulej, li ta \u0127ajtu g\u0127alina, jg\u0127allimna l-ikbar kmandament. X\u2019inhu? Mhux li tmur il-quddies. Dak tajjeb. Imma l-ewwel, li t\u0127obb lil Alla u lill-proxxmu tieg\u0127ek b\u0127alek innifsek. G\u0127ax \u0120es\u00f9 jg\u0127id, li trid t\u0127obb lilek innifsek billi tie\u0127u \u0127sieb sa\u0127\u0127tek, is-sa\u0127\u0127a fi\u017cika u mentali; li tfittex \u0127bieb tajbin; li tevita d-droga, u l-vizzji li j\u0127assrulek qalbek, anke kif nu\u017caw l-internet. Nie\u0127u \u0127sieb lili nnifsi u n\u0127obb lili nnifsi biex \u0127ajti ngawdiha; ma jisraqhieli \u0127add, ma jirvinahieli \u0127add. Nie\u0127u \u0127siebha \u0127ajti mbag\u0127ad in\u0127obb lill-proxxmu tieg\u0127i. G\u0127ax a\u0127na g\u0127andna b\u017conn l-im\u0127abba.<\/p>\n\n\n\n<blockquote class=\"wp-block-quote is-layout-flow wp-block-quote-is-layout-flow\">\n<p>It-talb mhux xi \u0127a\u0121a li tg\u0127id bl-amment imma li inti tag\u0127raf lill-\u0126allieq u tapprezza b\u2019liema barka berikna.<\/p>\n<\/blockquote>\n\n\n\n<p>Int, min int, mill-Papa \u2019l isfel, g\u0127andna b\u017conn li nkunu ma\u0127bubin, u li n\u0127obbu, skont il-vokazzjoni tag\u0127na. Jekk tridu tkunu tafu fejn qieg\u0127da l-im\u0127abba tag\u0127kom, staqsu lilkom infuskom fil-qalb tag\u0127na: jekk nara lil xi \u0127add fil-b\u017conn nag\u0127laq g\u0127ajnejja? Qisni ma rajtux jew ma rajthiex? Nibqa\u2019 sejjer jew nieqaf u nag\u0127ti l-g\u0127ajuna? Imma\u0121ina xi \u0127add minnkom i\u0127ossu \u0127a\u017cin fil-pjazza u jaqa\u2019, x\u2019se tag\u0127mel? Jiena ma rajt xejn, ma rridx inkwiet, \u0127a nitlaq \u2019l hemm. Jew se tmur tfittex l-g\u0127ajnuna biex ng\u0127inuh. Taf issalva l-\u0127ajja ta\u2019 xi \u0127add jekk inti tie\u0127u l-inizjattiva. Forsi qatt ma jg\u0127idlek grazzi, imma inti fil-qalb tieg\u0127ek, taf li salvajt lil xi \u0127add g\u0127ax tajt kas; \u0127abbejt lill-proxxmu ming\u0127ajr ma stennejt il-grazzi.<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/knisja.mt\/wp-content\/uploads\/2024\/05\/WhatsApp-Image-2024-05-06-at-13.57.34-5-1024x683.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-132208\"\/><\/figure>\n\n\n\n<div style=\"height:59px\" aria-hidden=\"true\" class=\"wp-block-spacer\"><\/div>\n\n\n\n<p>U lil Alla t\u0127obbu jekk t\u0127obb lil \u0127uk. Lil Alla t\u0127obbu jekk tag\u0127tih i\u010b-\u010bans i\u0127obbok. \u0126afna drabi, jien nippreferi nitlob fil-kampanja, imqar fi \u0121nien \u010bkejken, mhux bilfors fil-knisja. G\u0127ax kultant kif nasal fil-knisja ji\u0121u jkellmuni jew biex nitlob g\u0127alihom. Jiena \u0127ajti biex inkun mal-poplu imma g\u0127andi b\u017conn ukoll is-silenzju u l-ispazju tieg\u0127i g\u0127at-talb. Kultant nifhem g\u0127aliex \u0120es\u00f9, kmieni filg\u0127odu, kien jitlaq xi mkien \u2019il bog\u0127od, u jinqata\u2019 wa\u0127du&nbsp; jitlob. Jiena \u0127afna drabi, l-ikbar katidral g\u0127alija, hu l-kampanja jew xatt il-ba\u0127ar. Inqas ma nara krejnijiet, a\u0127jar! Na\u0127seb b\u0127alkom.<\/p>\n\n\n\n<p>Allura, n\u0127oss li dik il-\u0127a\u0121a tqarribni lejn Alla li \u0127alaq il-fjuri, li \u0127alaq il-widien, ming\u0127ajr ma \u0127laqthom jien. G\u0127ax a\u0127na ming\u0127alina, li \u0127laqna kollox a\u0127na. Imma i\u017cjed ma tag\u0127raf l-isbu\u0127ija tal-ambjent, i\u017cjed tinduna li a\u0127na g\u0127andna g\u0127alfejn ng\u0127idulu \u2018grazzi\u2019. U din il-\u0127a\u0121a ssir talba. It-talb mhux xi \u0127a\u0121a li tg\u0127id bl-amment imma li inti tag\u0127raf lill-\u0126allieq u tapprezza b\u2019liema barka berikna. Dak hu t-talb.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-kelma li nag\u0127tikom ta\u2019 kura\u0121\u0121 hi din: l-iskola importanti imma tinsewx, li mas-su\u0121\u0121etti sbie\u0127 li titg\u0127allmu, tg\u0127allmu wkoll \u0127obbu.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>\u2720 Charles Jude Scicluna<\/strong><br>&nbsp; &nbsp; Ar\u010bisqof ta\u2019 Malta<\/p>\n\n\n\n<p>(Source: Archdiocese of Malta website)<\/p>\n","protected":false},"featured_media":152220,"template":"","event-category":[],"class_list":["post-229325","events","type-events","status-publish","has-post-thumbnail","hentry"],"toolset-meta":{"event-details":{"event-starting-date":{"type":"date","raw":"1714953600","formatted":"06\/05\/2024"},"event-end-date":{"type":"date","raw":"","formatted":null},"event-location":{"type":"textfield","raw":"Maria Regina College, Mosta Secondary, \u017bokrija"},"event-audience":{"type":"textfield","raw":""},"event-time":{"type":"textfield","raw":""},"event-short-details":{"type":"textfield","raw":""},"maps-location":{"type":"google_address","raw":"{35.9136153,14.417198}"},"map-location-description":{"type":"textfield","raw":""},"event-registration-text":{"type":"textfield","raw":"Register"},"event-registration-link":{"type":"url","raw":""},"languages":{"type":"textfield","raw":""}}},"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/events\/229325","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/events"}],"about":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/events"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/events\/229325\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":229327,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/events\/229325\/revisions\/229327"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/152220"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=229325"}],"wp:term":[{"taxonomy":"event-category","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/event-category?post=229325"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}