English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Dalgħodu ser infakkarkom f’xi ħaġa li ħafna minnkom ser jieħdu gost jisimgħu. Daqt jasal il-Milied!!! Ejjew naraw flimkien dan il-vidjo klipp li jurina xi jfisser dan iż-żmien għal dawn it-tfal.

Ara

Stieden lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu dwar dak li għadhom kif raw.

Ħsieb Riflessiv

Il-Milied hija festa kbira. Is-soltu aħna nibdew nippreparaw minn ħafna qabel għal ġranet u okkażjonijiet speċjali. B’rispett lejn dawk li jkunu qed jiċċelebraw magħna naħsbu biex ma jkun jonqos xejn. Nippreparaw ħwejjeġ sbieħ u ikel tajjeb biex naqsmu ma’ min jkun qed jiċċelebra magħna. Iż-żmien ta’ preparazzjoni huwa importanti ħafna sabiex nkunu nistgħu niċċelebraw il-Milied bl-aħjar mod possibbli. Dan iż-żmien ta’ preparazzjoni nsejħulu l-Avvent. Nistgħu nippreparaw lilna nfusna billi nsiru aktar ħbieb ma’ Alla li jimlielna qalbna bit-tama, bl-imħabba, bil-ferħ u bil-paċi biex inkunu nistgħu naqsmuhom ma’ xulxin.

Talba

Għażiż Alla, nirringrazzjawk għal dan iż-żmien fis-sena li fih tfakkarna biex nippreparaw lilna nfusna u qalbna għalik. Filwaqt li nirrispettaw lil xulxin nitolbuk biex tgħinna naqsmu mal-oħrajn it-tama, l-imħabba, il-ferħ u l-paċi li tagħtina int.

Illum nixtieq nistedinkom biex ssikktu ftit lilkom infuskom u tisimgħu l-kliem ta’ din id-diska:-

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kull wieħed u waħda minna jista’ jwieġeb din il-mistoqsija:- “Hemm post f’qalbi?” Aħna kollha mistiedna nieqfu u nagħmlu spazju f’qalbna għal Alla u għal xulxin. Dan huwa l-Avvent. L- Avvent huwa dwar l-interess tagħna li nħejju l-kamra tagħna bl-aħjar mod. Il-kamra ta’ ġewwa tagħna hija l-ġewwieni tagħna, il-qalb tagħna. Iż-żmien tal-Avvent jfakkarna biex nimlew qalbna bit-tama. Ipoġġi fina it-tamagħar-rispett reċiproku u għal ħbiberiji sinċieri ma’ Alla u ma’ xulxin.

Talba

Għażiż Alla, filwaqt li nirringrazzjawk tal-ġimgħat li ġejjin u li fihom qed tistedinna nippreparaw lilna nfusna u qalbna għalik u għal xulxin, nafdawlek it-tamiet u x-xewqat kollha li għadna.

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen”

Introduzzjoni

Illum nixtieq nistedinkom biex ssikktu ftit lilkom infuskom u tisimgħu l-kliem ta’ din id-diska:-

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kull wieħed u waħda minna jista’ jwieġeb din il-mistoqsija:- “Hemm post f’qalbi?” Aħna kollha mistiedna nieqfu u nagħmlu spazju f’qalbna għal Alla u għal xulxin. Dan huwa l-Avvent. L- Avvent huwa dwar l-interess tagħna li nħejju l-kamra tagħna bl-aħjar mod. Il-kamra ta’ ġewwa tagħna hija l-ġewwieni tagħna, il-qalb tagħna. Iż-żmien tal-Avvent jfakkarna biex nimlew qalbna bit-tama. Ipoġġi fina it-tamagħar-rispett reċiproku u għal ħbiberiji sinċieri ma’ Alla u ma’ xulxin. Tama għal kuntentizza vera, imħabba u ħniena.

Talba

Għażiż Alla, nitolbuk tħeġġiġna u tpoġġi fina x-xewqa li ngħixu dan l-Avvent bis-sens. Agħtina l-kuraġġ biex naċċettaw l-affarijiet li ma nistgħux inbiddlu u l-qawwa biex inbiddlu dawk l-affarijiet li nistgħu nbiddlu. Filwaqt li nirringrazzjawk tal-ġimgħat li ġejjin u li fihom qed tistedinna nippreparaw lilna nfusna u qalbna għalik u għal xulxin, nafdawlek it-tamiet u x-xewqat kollha li għadna.

English

« Back to Year Theme« Back to Year Theme