English

Il-kors Creating and Animating Prayer Spaces li ġie ffurmat b’kollaborazzjoni bejn l-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel u l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali huwa mfassal biex jgħin lill-parteċipanti bl-għarfien neċċessarju u l-ħiliet meħtieġa biex joħolqu u jmexxu spazji ta’ talb armati f’post partikolari.

Il-post armat jista’ jkun ġewwa skola, ċentru taż-żgħażagħ, sala parrokkjali, fuq il-post tax-xogħol, fi spazju miftuħ ġewwa jew fuq barra.

Il-kors joffri lill-parteċipanti l-opportunità li jikbru fil-konnessjoni personali magħhom infushom, mal-oħrajn, mad-dinja u ma’ Alla permezz tal-esperjenza tal-ispazji tat-talb.

Jippermetti lill-parteċipanti jakkumpanjaw lill-oħrajn u jesploraw il-fidi, l-ispiritwalità u l-mistoqsijiet kbar tal-ħajja b’mod sigur, kreattiv u interattiv.

B’hekk iwassal lill-parteċipanti biex jagħrfu aħjar il-qabża minn ħajja li tista’ tingħex biss b’mod funzjonarju u li kemm twettaq dak li hemm bżonn biss u dak li hu mistenni minnek għal li tgħix ħajja li tagħmel sens.

Tistieden ukoll lill-parteċipanti biex isiru konxji li r-relazzjonijiet jissaħħu meta wieħed jieħu l-ħin biex japprezzahom u jirrifletti fuqhom.

6 sessjonijiet matul 3 ġimgħat

DataTitlu tas-Sessjoni
It-Tlieta21.11.2023Introduzzjoni għat-Talb
Il-Ħamis23.11.2023Il-Valuri ta’ Prayer Spaces
It-Tlieta28.11.2023L-Għan ta’ Prayer Spaces u t-Teoloġija ta’ Prayer Spaces
Il-Ħamis30.11.2023Kif tipprepara u tarma Prayer Spaces
It-Tlieta05.12.2023Ħolqien ta’ attivitajiet bi Prayer Spaces
Thursday07.12.2023Kif tgħaqqad tim ta’ prayer spaces u t-taħriġ li jingħatalhom, kif jitmexxa prayer space u evalwazzjoni wara li jsiru prayer spaces.

Dati, post u informazzjoni oħra

Il-kors jikkonsisti fi 18 -il siegħa ta’ kuntatt personali matul 3 ġimgħat fix-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2022. Is-sessjonijiet ta’ 3 sigħat kull darba, se jkunu nhar ta’ Tlieta u l-Ġimgħa mill-5.00 pm sat-8.00 pm f’ Dar Ħanin Samaritan, St Venera.

  • Mill-5.00 pm sat- 8.00 pm
  • Nhar ta’ Tlieta u l-Ħamis (21, 23, 28, 30 ta’ Novembru & 5, 7 ta’ Diċembru 2023)
  • L-istitut Kattoliku, Floriana.
  • 125 (Wieħed jista’ japplika ghall-iskema Get Qualified)

L-istudenti li jtemmu b’suċċess il-kors, jistgħu japplikaw għall-iskema tal-Get Qualified u jieħdu lura 70% tal-miżata tal-kors f’tax credits. (jieħdu lura €87.50 għal dan il-kors)

Għal aktar informazzjoni jew biex tirreġistra għall-kors  ‘Creating and Animating Prayer Spaces’ jekk jogħġbok agħfas l-buttuna hawn taħt jew ikkuntattja lil Rev Fr Reuben Gauci, koordinatur tal-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel.


Il-kors tul is-snin

Il-kors inawgurali ‘Creating and Animating Prayer Spaces’ organizzat mill-PFI u SDS intemm f’Diċembru 2022, fejn rawwem konnessjonijiet profondi fil-persuna, mal-parteċipanti, mad-dinja, u ma’ Alla. Permezz tal-esperjenza ta’ prayer spaces, it-18-il parteċipant/a li temmew il-kors ta’ tliet ġimgħat, niżlu fil-profond tal-ġewwieni tagħhom, fehmu l-qawwa trasformattiva tat-talb, u nibtet konnessjoni li se tibqa’ f’qalbhom.

Dak li qalu l-parteċipanti:

“Kors uniku għall-aħħar b’bilanċ eċċellenti bejn it-teorija u l-prattika. Dħalt f’dan il-kors bil-ħsieb li jkolli f’idi għodda tajba biex naħdem mat-tfal fl-iskola. Madanakollu, jien kont l-ewwel li bbenefikajt minn din l-għodda għax kull sessjoni stednitni għal esperjenza ta’ talb personali li żgur se nkompli ngħożż. Kelliema b’kariżma qawwija u konvinzjoni f’dak li qed jgħidu. Ma tiddejjaq qatt tismagħhom, anzi, tħossok għatxana għal aktar. Id-dinamika maħluqa bejn il-parteċipanti nisslet ferħ u spirtu t’aħwa. Ngħidha b’wiċċi bil-quddiem: kien wieħed mill-korsijiet li xtaqt li ma jispiċċax. Nirrakkomandah b’qalbi kollha, speċjalment għal dawk li jħossuhom maqtugħin u dejjem jiġru biex ilaħħqu mal-impenji tal-ħajja.”

Sr Elaine Mifsud


“Applikajt għal dan il-kors biex nikseb ftit ħin ta’ kwalità, nikber spiritwalment u personalment, u nikkunsidra kif nista’ nuża t-talenti tiegħi għall-ġid ta’ ħaddieħor. Għalkemm kont ilni familjari ma’ Prayer Spaces għal diversi snin, matul dan il-kors, kelli l-opportunità li naqsam ma’ nies oħra li jaħsbuha bħali.

Kellna l-opportunità nesperjenzaw Prayer Spaces u naqsmu l-fehmiet tagħna.

Fr Paul Chetcuti, Fr Reuben Gauci u s-Sa Silvana Cardona kollha għamlu minn kollox biex iwasslu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom b’mod prattiku ħafna. Il-konnessjonijiet diretti mal-kelliema barranin kienu partikolarment apprezzati.”

Pauline Abela


“Għaddew tliet ġimgħat f’ħakka t’għajn. Il-kors kien interessanti mmens u saħħaħ kemm in-naħa psikoloġika kif ukoll spiritwali tal-persuna. Kienet esperjenza multidimensjonali fis-sens li mess aspetti tal-psikoloġija, l-ispiritwalità u t-teoloġija fejn ħadna esperjenza diretta u prattika. Nirrakkomanda ħafna dan il-vjaġġ.”

Christine Trevisan

English