X’tixtieq twettaq matul is-sena l-ġdida? Għal xiex qed tispira? Għandek xi ħolma kbira li forsi bħalissa qed taraha impossibbli?

Martina bdiet taħseb f’kemm tixtieq titgħallem iddoqq l-arpa, li trabbi kelb, u li jkollha smartphone. Imma mhux biss!

Kellha wkoll xewqat ferm aktar profondi li setgħu jġibu bidla għall-aħjar fiha nnifisha, f’ta’ madwarha, u fir-relazzjoni tagħha ma’ Alla. Fuq l-internet, kienet rat u semgħet diskors tal-Papa Franġisku fil-bidu tas-sena 2015. Dan id-diskors ispiraha biex tapplikah għal ħajjitha għas-sena ta’ wara. Għalhekk, qabdet kalendarju u f’kull xahar bdiet tniżżel ix-xewqa tagħha u kif se tasal għaliha. Il-kalendarju qassmitu hekk:

  • Nara li meta jinqala’ xi argument ma’ ħuti, inkun jien l-ewwel li nara kif nerġa’ nġib l-għaqda bejnietna.
  • Irrid nissapportja u nisma’ lill-ġenituri meta narahom għajjenin u mtaqqlin wara ġurnata xogħol.
  • Nara li r-relazzjoni tiegħi mal-ħbieb u l-proxxmu tkun tajba u nkun konxju ta’ dawk li veru għandhom bżonn xi tip t’għajnuna.
  1. Nuża lsieni sew billi ma ngħidx kliem iebes li jweġġa’. Barra minn hekk irrid inneħħi minn ilsieni kliem vulgari li forsi drajt ngħid.
  • Irrid indewwi l-weġgħat li għandi f’qalbi billi naħfer lil min weġġagħni b’xi mod fil-passat.
  • Nara li xogħli nagħmlu bil-qalb, b’entużjażmu … u tajjeb!
  • Ma rridx nimtela bl-għira għal sħabi għall-affarijiet materjali li għandhom u li jien m’għandix, jew għal dak li jafu jagħmlu u jien ma nafx.
  1. Intajjar ħsibijiet negattivi li jtellfuli l-paċi interjuri ta’ qalbi.
  • Nikkontrolla r-rabja tiegħi biex meta nħossni rrabjata ma nasalx f’punt li nkun nixtieq inpattiha wkoll.
  • Matul il-ġurnata ma nitgħażżinx u ma nintelaqx.
  • Inqis li ma ngorrx għal kull ħaġa ta’ xejn għax nispiċċa negħja jien u ndejjaq lil ta’ madwari.
  • lil min hu batut, lill-anzjan, lill-barrani.

Martina tixtieq tagħmel dan kollu għax taf li se jkun għall-ġid tagħha stess. Għalhekk tixtieq li meta tħossha se taqta’ qalbha, tagħmel kuraġġ. Sena ġdida dejjem hija okkażjoni fejn tista’ tibda mill-ġdid. Agħmel l-ewwel pass int ukoll, bħal Martina. Tibqax toħlom biss. Wettaq ukoll il-ħolm u x-xewqat li għandek, għall-ġid tiegħek u ta’ dawk ta’ madwarek.

Jekk trid taqra d-diskors kollu tal-Papa: https://cnsblog.wordpress.com/2015/01/01/pope-francis-suggested-new-years-resolutions/

Jannar 2017